Illum fid-9:00pm, fl-OPAP Arena fil-Greċja se tintlgħab it-tieni finali mill-kompetizzjonijiet tal-UEFA għal dan l-istaġun, hekk kif Olympiacos se jaffrontaw lil Fiorentina fil-finali tal-UEFA Conference League.
Wieħed jista’ jargumenta li Olympiacos se jkollhom vantaġġ zgħir hekk kif se jilagħbu f’pajjiżhom stess, minn naħa l-oħra din hija t-tieni finali konsekuttiva li Fiorentina rnexxielhom jikkwalifikaw għaliha fil-Conference League, bil-Viola diġa jkunu esperjenzati f’dan l-istadju.
Fiorentina tilfu l-finali tas-sena l-oħra 2-1 kontra West Ham b’gowl ta’ Jarrod Bowen fid-90 minuta.
Fil-kampjonati domestiċi, żewġ staġuni mhux daqstant ta’ sodisfazzjon għaż-żewġ timijiet, hekk kif fis-Super League Grieg, Olympiacos temmew fit-tielet post tal-play-offs, filwaqt li Fiorentina temmew fit-tmien post dan l-istaġun li jfisser li kkwalifkaw għall-UEFA Conference League l-istaġun li jmiss.
It-tiem grieg ilu barra mill-azzjoni mid-19 ta’ Mejju fejn lagħbu kontra r-rivali Panathinakos bl-iskor finali ikun 2-2. Filwaqt li Fiorentina lagħbu kontra Cagliari fit-23 ta’ Mejju fejn ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-2.
Il-mixja sal-finali għall-Olympiacos ma kienet xejn ħafifa, hekk kif huma bdew fil-UEFA Europa League fil-bidu tal-istaġun u kienu involuti fi Grupp A li kien jikkonsisti minn West Ham United, Freiburg u FK TSC Backa Topala.
Olympiacos temmew fit-tielet post tal-grupp u ġew retroċessi għall-UEFA Conference League fejn għelbu lil Ferenvaros 2-0 b’aggregate fil-play-offs. Fir-rawnd tal-aħħar sittax it-tim immexxi minn Mendilibar għamel rimonta kbira konta Maccabi Tel Aviv, hekk kif sofrew telfa kbira ta’ 4-1 fl-ewwel leg, biex sussegwentament rebħu t-tieni leg bi skor aggregate ta’ 7-5.
Fil-kwarti finali affrontaw lil Fenerbache, bil-Griegi ukoll jitilfu l-ewwel leg 3-2, madankollu rimonta oħra fit-tieni partita bl-iskor ta’ 1-0 ħadet il-partita għal ħin barrani u penalties, b’ Olympiacos jgħaddu bil-penalties bl-iskor ta’ 3-2.
Fis-semi finali wasal dak li ħafna qiesu bħal l-itqal avversarju għall-Olympiacos, hekk kif kien imisshom jaffrontaw lil Aston Villa, li f’dak il-punt kienu qed jokkupaw it-tielet post fil-Premier League. Madankollu rebħu straordinarja fl-ewwel leg ta’ 4-2 fi Villa Park u rebħa oħra ta’ 2-0 fil-Georgios Karaiskakis ifisser li Olympiacos għaddew għall-ewwel finali Ewropeja fl-istorja tal-klabb Grieg.
Fiorentina bdew il-mixja tagħhom lejn il-finali fi Grupp F li kien jikkonsisti minn Ferencvaros, Genk u Cukaricki, bil-Viola jispiċċaw fl-ewwel post bla telfa.
Fir-rawnd tal-aħħar sittax Fiorentina ma sabuha xejn faċli biex għelbu lil Maccabi Haifa bl-iskor finali wara żewġ partiti jkun dak ta’ 5-4, biex għaddew għall-kwarti finali fejn hemm għelbu lil Vikoria Plzen 2-0, b’gowls minn Nico Gonzales u Cristiano Biraghi.
Partita oħra diffiċli għat-tim ta’ Vincenzo Italiano fis-semi finali li spiċċaw b’aggregate ta’ 4-3 kontra Club Brugge.
Kien penalty fl-aħħar sekondi ta’ Lucas Beltran li qatalgħhom il-biljett għall-finali.
Fiorentina se jaffrontaw lil Olympiacos illum fid-9:00pm.
//= $special ?>