Lokali

“Int jixraqlek istituzzjonijiet bi tmexxija nadifa” – Bernard Grech

Edward Scicluna poġġa fuq il-bank tal-akkużat jaffaċċja akkużi kriminali serji bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali. Għandna Gvernatur tal-Bank Ċentrali li hu akkużat li kien parti mill-akbar frodi li qatt ra pajjiżna.

Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fuq il-paġna uffiċjali tiegħu ta’ Facebook fejn sostna wkoll li Robert Abela għandu obbligu li jneħħi lil Edward Scicluna minn Gvernatur biex jassigura l-integrità tal-Bank Ċentrali u tal-ekonomija ta’ pajjiżna.