Internazzjonali

L-Afrika t’Isfel: Elezzjonijiet kruċjali għall-poplu… u l-ANC

Il-poplu fl-Afrika t’Isfel qed jivvota fl-elezzjonijiet ġenerali kruċjali fejn il-Partit ANC jista’ jitlef il-maġġoranza għall-ewwel darba mill-1994 u l-era tat-tmiem għall-‘apartheid’.

Kien proprju l-ANC, dak iż-żmien immexxi mil-leġġendarju Nelson Mandela, li kien temm is-snin tar-ripressjoni assoċjati mal-‘apartheid’ (fil-pajjiż) iżda l-partit, illum, qed ikun ikkundannat dwar korruzzjoni, livelli għoljin ta’ kriminalità kif ukoll għal politika li daħħlet lill-mijiet tal-eluf tal-Afrikani fi gwaj kbir ekonomiku.

Mhux eskluż li l-ANC, wara l-elezzjonijiet, ikollu jidħol f’koalizzjoni ma’ partit jew aktar minn partit wieħed tal-Oppożizzjoni.

Dan meta fl-elezzjonijiet qed jieħdu sehem rekord ta’ 70 partit, bl-Alleanza Demokratika (DA) x’aktarx li għandha toħroġ mill-vot bħala t-tieni l-akbar partit Afrikan – segwit mir-radikali tal-EFF (Economic Freedom Fightgers u l-Partit ġdid MK, immexxi mill-eks President tal-Afrika t’Isfel, Jacob Zuma.