Lokali

Mass Rally fis-Siġġiewi li bih il-PN se jagħlaq il-kampanja elettorali

Il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jorganizza Mass Rally nhar il-Ħamis 6 ta’ Ġunju fil-Pjazza tas-Siġġiewi fis-19:00.

Din l-attività li se tkun qed tagħlaq il-kampanja elettorali, se tkun qed issir lejlet festa pubblika u se tilħaq il-qofol tagħha bid-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

Il-Partit Nazzjonalista ilu mill-bidu tal-kampanja elettorali viċin in-nies permezz ta’ attivitiet f’diversi lokalitajiet.

Għada l-Kap tal-Partit Nazzjonalsita se jkun qed jiltaqa’ mar-residenti ta’ Ħ’Attard u tal-Fgura.

Intant nhar il-Ħadd, fil-jum li fih jibda’ l-early voting għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jorganizza Mass Rally f’Birkirkara fejn il-Knisja l-qadima fl-10:30.