Lokali

“Robert Abela għandu jneħħi lil Edward Scicluna minn Gvernatur jekk irid jippreserva l-integrità ta’ pajjiżna” – PN

Robert Abela għandu l-obbligu li jneħħi lil Edward Scicluna minn Gvernatur tal-Bank Ċentrali jekk verament irid jassigura l-integrità tal-Bank Ċentrali u tal-ekonomija ta’ pajjiżna.

Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fuq il-mezzi socjali wara li llum, Edward Scicluna poġġa fuq il-bank tal-akkużati jaffaċċja akkużi kriminali serji meta għadu jġorr it-titlu ta’ Gvernatur tal-Bank Ċentrali.

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali tagħna hu akkużat li kien parti mill-akbar frodi li qatt ra pajjiżna. La Edward Scicluna m’għandux id-diċenza jagħmel dak li hu mistenni minnu, Robert Abela m’għandux għażla oħra ħlief li jneħħih.

Dan, dejjem jekk Robert Abela jrid verament jippreserva r-reputazzjoni ta’ pajjiżna.