L-evidenza miġbura fl-Inkjesta tal-isptarijiet, turi biċ-ċar kif Shaukat Ali tal-Vitals kien indika li Keith Schembri u Konrad Mizzi kienu qed idaħħlu €18-il miljun fis-sena mill-konċessjoni – u li kompliet anke meta daħlu fix-xena Steward Healthcare. Apparti minn hekk, aktar evidenza li hemm fl-istess Inkjesta turi b’ċertezza li fid-deal tal-Vitals kien hemm involuti Konrad Mizzi, Joseph Muscat u Keith Schembri, dan tal-aħħar allegatament kien jaf b’dak kollu li kien għaddej.
Iżda t-Tlieta, meta mistoqsi dwar id-due diligence… ma weġibx. Meta mistoqsi dwar il-flus ta’ Muscat… baqa’ ma weġibx.
Keith Schembri ngħata merħba ta’ eroj fil-Belt Valletta, dan fost isteriżmu totali mill-partitarji li nġabru barra l-Qorti.
Intant, f’każ li Keith Schembru u sħabu jinstabu ħatja… l-akkużati tinħarġilhom interdizzjoni ġenerali; li jfisser li ma jkunux jistgħu jivvutaw f’elezzjoni ġenerali u elezzjonijiet oħra, kif ukoll li jkunu miżmuma milli jagħmlu kuntratti notarili jew ftehim ma’ banek kummerċjali.
//= $special ?>