Lokali Qorti

WARA L-QORTI: Kollha jaħsbu għal rashom

Daħal bħala eroj. Iżda sa filgħaxija, it-tbissima kienet telqet.

Għal disa’ sigħat sħaħ, l-attenzjoni ta’ pajjiż sħiħ kienet fuq il-Qorti. Joseph Muscat jispiċċa l-ġurnata milqugħ minn folla żgħira immens. Telaq kważi kulħadd. Ħallewh waħdu. Anke l-Ministri li ħadmu miegħu fil-Kabinett.

Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri ħarġu separatament mill-Qorti. Kulħadd ħaseb għal rasu.

Konrad Mizzi, minn naħa tiegħu, baqa’ ma skużax ruħu mal-poplu għas-serqa tal-isptarijiet.

Fuq ġewwa fl-awla, ix-xena tal-kaxxi bl-evidenza kienet tat-tkexkix. Dan filwaqt li l-avukati damu sigħat sħaħ jikkontestaw l-ordni ta’ ffriżar. Il-Maġistrat xorta tat ordni li jiġu ffriżati l-assi.

Fl-awla, fost l-oħrajn, kien hemm preżenti Michelle Muscat. Ħdejha, baqa’ sal-aħħar Jason Micallef – li evita li jagħti kummenti lil dan l-istazzjon.

Fi tmiem is-seduta, il-Maġistrat Rachel Montebello ordnat li ma jsirux press confrences minn xi imputat jew li jitkellmu dwar il-proċeduri. Il-Qorti qalet li riedet tkun ċara li l-kawża kriminali ssir fil-Qorti u mhux fuq il-midja soċjali. L-avukati u l-akkużati huma pprojbiti milli jippubblikaw jew janalizzaw l-evidenza jew ix-xhieda li toħroġ waqt is-seduti tal-Qorti fil-pubbliku.

Il-Qorti iddeferixxiet il-kawża għat-13 ta’ Ġunju fil-11am, b’aktar provi jkomplu jinstemgħu fis-seduta ta’ wara… skedata għad-19 ta’ Ġunju.

Sadanittant, tant kemm l-akkużi qed jġorru piena ta’ ċertu portata wara tmiem il-kumpilazzjoni, li l-każ se jgħaddi f’idejn Qorti Kriminali… li għandha poteri akbar minn dik ta’ Qorti tal-Maġistrati fejn tidħol il-piena.