Sport Sport Ieħor

Djokovic ikompli jirbaħ fir-Roland Garros

(Ritratt: EPA)

It-tennista Serb Novak Djokovic kompla javvanza fir-Roland Garros wara li għeleb lit-tennist Spanjol Carballes Baena 6-4, 6-1, 6-2. Din hija d-19-il sena konsekuttiva li Djokovic irnexxielu javvanza għal mal-aħħar 32.

F’din il-partita, Djokovic lagħab l-aħjar logħob tiegħu din is-sena hekk kif s’issa ftit li xejn impressjona matul l-2024. Wara li tilef is-serve, Djokovic ħa f’idejh ir-riedni tal-partita u rnexxielu jikkontrolla bl-aktar mod faċli.

Intant matul il-jum tal-Ħamis, avvanza wkoll Alexander Zverev li minn naħa tiegħu għeleb lil David Goffin 7-6, 6-2, 6-2.