Il-kwistjoni tad-deal frawdolenti ta’ Vitals għadha qed tpoġġi lill-membri tal-Kabinett Laburista f’pożizzjoni antipatka immens. Tant li ħafna drabi qed jinqabdu ma jafux xi jwieġbu għad-domandi b’rabta ma’ dan il-ftehim skandaluż.
Fil-fatt, il-Ministru tas-Saħħa Jo Etienne Abela ħarab milli jwieġeb dwar l-iżviluppi li kellna fl-aħħar jiem. Dan apparti li naqas milli jindirizza l-fatt li ħalla waħdu lil Chris Fearne meta deher il-Qorti – l-istess persuna li hu d-Deputat Mexxej tiegħu.
Intant, meta kien mistoqsi dwar il-kriżi fis-settur tas-saħħa, il-Ministru Jo Etienne Abela qal li l-unika soluzzjoni li jara għall-problema ta’ riżorsi umani hi li jġib iktar barranin jaħdmu f’pajjiżna.
Matul il-konferenza tal-aħbarijiet li l-Ministru ħabbar li l-ministeru tiegħu għandu pjan dwar kif se jkun qed iżid l-ammont ta’ sodod għall-pazjenti fl-Isptar Mater Dei. Iżda għal soluzzjoni, jaf ikollna nistennew is-snin.
Kumment li juri biċ-ċar li baqagħlna żmien twil biex forsi nibdew nieħdu r-ruħ quddiem sitwazzjoni ta’ sptarijiet li spiċċaw għarkupptejhom, b’waiting lists għall-operazzjonijiet u Dipartiment ta’ Emerġenza taħt pressjoni kbir.
Issa, il-Gvern qed jgħid li l-binja tal-emerġenza se tespandi minn 30 cubicle għal 70 cubicle; liema proġett mhux se jkun qed jitlesta qabel tliet snin oħra. Proġett li qed ikun imbassar li se jkun qed jgħaqdi lil pajjiżna għall-20 sena li ġejjin.
Dan apparti li zoni li jiffurmaw parti mill-Isptar Mater Dei u li mhumiex kliniċi se jkunu qed jiċċaqalqu mill-binja u jittieħdu f’postijiet oħrajn; fosthom fl-Isptar San Luqa – sptar li tħalla kompletament abbandunat minn Vitals u Steward.
Jidher li l-medical u n-nursing school u laboratorji, l-out-patients u s-sezzjoni tat-tfal se jkunu qed jitneħħew minn Mater Dei. Il-Ministru Abela kkonferma li dan iċ-ċaqliq se jieħu bejn tlieta u ħames snin hekk kif fi kliemu stess “kollox jiddependi fuq ix-xogħol”.
//= $special ?>