L-Alleati tal-Istati Uniti qed iwettqu l-pressjoni fuq il-President Amerikan Joe Biden biex jippermetti għal sitwazzjoni fejn l-Ukrajna tuża l-armamenti provduti lilha mill-Punent għall-attakki fuq l-artijiet tar-Russja man-naħa l-oħra tal-fruntiera.
Dawn il-pajjiżi tal-Punent qalu li huma ‘disposti għal din il-possibbiltà bil-ħsieb li l-Ukreni – permezz ta’ dawn l-attakki – itaffu ftit mill-pressjoni wara li r-Russi rrankaw l-offensiva, li ilha għaddejja s-snin, fuq l-artijiet tal-Ukrajna.
Intant, il-President Russu Vladimir Putin wissa dwar ‘konsegwenzi serji għall-iżgħar pajjiżi fl-Ewropa’, f’każ li l-Ukreni jibdew jattakkawlu artu bl-armamenti tal-gwerra moderni.
Fl-istess ħin, l-Istati Uniti tista’ tibdel il-pożizzjoni tagħha rigward l-użu ta’ dawn l-armi u meta kull deċiżjoni għandha tiddependi mill-kundizzjonijiet fil-kampijiet tal-battalja madwar l-Ukrajna. Dan sar magħruf waqt laqgħa għall-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Istati tan-NATO li qed issir fi Praga, fir-Repubblika Ċeka.
Madankollu – u minkejja li l-appoġġ minn Washington għall-Ukreni – il-kelliema għas-sigurtà nazzjonali tal-Istati Unti qalu li għad ma hemm l-ebda bida konkreta fil-politika li, għalissa, qed iżżomm lill-Ukrajna milli tuża l-armi provduti mill-Punent għal kontra s-siti militari, u wisq anqas il-miri ċivili, fit-territorji tar-Russja.
//= $special ?>