Il-Partit Nazzjonalista minnufih talab lill-Pulizija jinvestigaw iz-zoni ta’ madwar id-Dar Ċentrali minħabba periklu ta’ azzjonijiet simili għal dak li seħħ qrib iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.
Preżenti kien hemm ukoll membri tal-armata li spezzjonaw l-akkwati.
Ftit tal-ħin ilu, il-Kap tal-PN Bernard Grech ħareġ personalment jirringrazzja lill-Pulizija u l-AFM għax-xogħol li qed iwettqu.
Is-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino kien ukoll preżenti, flimkien maċ-Chief Operations Officer ta’ Net Media Karl Gouder.
Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista
Dalgħodu saret ħidma ta’ prekawzjoni fil-binja u madwar il-binja tad-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista bħala eżerċizzju ta’ prekawzjoni u ħarsien għall-iżviluppi li kellna aktar kmieni matul il-ġurnata.
Il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja lill-ħaddiema tas-sigurtà, lill-Pulizija u lill-Forzi Armati ta’ Malta tal-ħidma tagħhom, b’mod partikolari fl-aħħar sigħat għall-interventi li wettqu minnufih b’kawtela u bi professjoni.
//= $special ?>