Sport

Jonathan Bilocca u Liliana Abela jirbħu l-Premier League of Darts

Jonathan Bilocca u Liliana Abela rebħu l-Premier League of Darts fil-kategorija rispettiva tagħhom wara wirjiet pożittivi li kellhom f’din il-kompetizzjoni.

Bilocca għeleb lil Norbert Attard 5-3 fis-semifinali sabiex fil-finali hu kellu jiltaqa’ kontra Albert Scerri. Kienet finali intensiva ħafna fejn fl-aħjar minn 15-il leg l-iskor kien dak ta’ 9-9 biż-żewġ plejers jalternaw il-vantaġġ tagħhom. Kien hawn li kellha tintlagħab is-sudden death fejn kien Bilocca li kien aktar preċiż mill-avversarju tiegħu sabiex ħareġ rebbieħ.

Fi tmiem il-konfront li ntlagħab fil-Birgu Boċċi Club, il-President tal-MDA Tony Demanuele ppreżenta t-tazza lil Jonathan Bilocca.

Riżultati tas-semifinali

Norbert Attard – Jonathan Bilocca 3-5

Albert Scerri – Kirsten Aquilina 5-4

Finali

Jonathan Bilocca – Albert Scerri 10-9

Premier League of Darts tan-nisa

Liliana Abela rebħet il-Premier League of Darts tan-nisa meta spiċċat fl-ewwel post tal-klassifika f’din il-kompetizzjoni. Hi rebħet erba’ logħbiet għalkemm tilfet l-aħħar waħda li minkejja kollox ma ċaħħadhiex milli tirbaħ it-titlu.

Abela għelbet lil Amy Abela 3-1, lil Margerita Scerri 3-0, lil Josianne Caruana 3-2, lil Audrey Gauci 3-0 għalkemm tilfet ma’ Marconia Borg 3-0.

Dan kien t-tieni titlu għal Abela fi ftit jiem wara li aktar qabel rebħet ukoll is-Super Cup ta-nisa.

Rżultati tal-logħbiet fiż-Żejtun Band Club

Liliana Abela – Amy Abela 3-1

Margherita Scerri – Josianne Caruana 1-3

Liliana Abela – Margerita Scerri 3-0

Amy Abela – Josianne Caruana 0-3

Margerita Scerri – Marconia Borg 0-3

Liliana Abela – Josianne Caruana 3-2

Margerita Scerri – Audrey Gauci 0-3

Marconia Borg – Josianne Caruana 1-3

Amy Abela – Margerita Scerri 3-1

Josianne Gauci – Audrey Gauci 2-3

Liliana Abela – Audrey Gauci 3-0

Amy Abela – Marconia Borg 0-3

Liliana Abela – Marconia Borg 0-3

Amy Abela – Audrey Gauci 0-3

Marconia Borg – Audrey Gauci 1-3