Fl-ewwel kummenti tiegħu mal-midja, il-kowċ Belġjan Vincent Kompany qal li ma’ Bayern Munich diġá qed iħossu komdu ħafna li jaħdem. Aktar kmieni din il-ġimgħa hu ffirma kuntratt ta’ tliet snin fejn ħa post Thomas Tuchel.
Dan l-istaġun, Kompany kien qed imexxi lil Burnley fil-Premier League fejn safa relegat għaċ-Championship bit-tim tiegħu jikseb biss ħames rebħiet.
Kompany qal li minkejja li qatt ma mexxa tim meqjus bħala kbir, hija l-mentalità u l-ambjent li wieħed joħloq li jgħid biex tmexxi klabb ta’ ċertu livell.
Vincent Kompany beda l-karriera tiegħu bħala kowċ ma’ Anderlecht, fil-Belġju, qabel ma fl-2022 ħa f’idejn it-tmexxija ta’ Burnley fejn irenxxielu jwassal lill-klabb biex jikseb il-promozzjoni għall-Premier League, bi stil ta’ futbol aktar modern u bbażat fuq l-esperjenza li kiseb meta kien plejer ma’ Manchester City.
//= $special ?>