Elezzjonijiet 2024 Lokali

“Proposti ma jaqtgħu xejn mill-Partit Nazzjonalista għalik” – Bernard Grech

Il-kampanja pożittiva għalik mill-Partit Nazzjonalista qed tkompli bi żjarat man-nies fil-lokalitajiet Maltin u Għawdxin. Din id-darba, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech żar Ħ’Attard u l-Fgura fejn tkellem dwar il-proposti li l-Partit Nazzjonalista għandu għal dawn iż-żewġt irħula.

Huwa fakkar kif il-Programm Elettorali fih proposti ffukati fuq kull lokalità, fosthom żieda fil-fondi Ewropej, ħidma konġunta għal bini aħjar ta’ toroq, sistema ta’ separazzjoni ta’ skart aħjar, tingħata iktar importanza għall-kura tal-annimali u anke korsijiet ta’ tagħlim għall-anzjani.

Dwar l-akkużi li hemm fil-Qorti b’rabta mal-iskandlu tal-Vitals, Bernard Grech fakkar kif din kienet serqa maħduma ma’ membri fi ħdan il-Gvern.

Kien fid-dawl ta’ dan kollu li Bernard Grech fakkar fl-importanza tal-voti fit-8 ta’ Ġunju li ġej

Wara d-diskors f’Ħ’Attard, Bernard Grech għamel żjara f’ħanut lokali fl-istess lokalità fejn sema’ d-diffikultajiet li dan in-negozju qed jgħaddi minnhom.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat minn martu AnneMarie Grech, is-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino, għadd ta’ deputati, kunsilliera, u kandidati tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew.