F’intervista li saret waqt il-programm NETLIVE, il-ġurnalist tal-MaltaToday, James Debono, fisser din il-ġimgħa bħala dik li fiha fejn rajna l-biċċa l-kbira tal-establishment jitressaq il-Qorti akkużati bi frodi u serq ta’ flus pubbliċi. Dan hekk kif it-Tlieta bdew il-proċeduri relatati mal-Vitals, fejn hemm implikati politiċi ewlenin, u nies li għandhom rabta mal-Partit Laburista.
“Jien rajt biċċa kbira mill-establishment bl-aqwa avukati tagħhom, nies ta’ poter qed jitressqu.”
James Debono qal li dan kien proċess storiku fejn rajna Eks Prim Ministru, Eks Ministru u Eks Chief of Staff implikati f’każ kriminali serju; apparti li fit-tieni jum rajna Deputat Mexxej Laburista u Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta li wkoll tressqu l-Qorti.
“Kieku konna nkunu ħafna aħjar kieku għandna uffiċċju ta’ prosekutur li jinvestiga l-każijiet ta’ korruzzjoni.”
Fil-Qorti, dawk kollha akkużati wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom, fejn fost l-akkużi hemm li l-ogħla esponenti tal-Gvern Laburista wettqu frodi, tixħim, korruzzjoni, miżappropjazzjoni, ħasil ta’ flus, assoċjazzjoni kriminali, u li kienu jafu bil-qerq li kien qed isir u ma aġġixxewx kif kellhom id-dmir li jagħmlu.
//= $special ?>