Internazzjonali

Il-Ġermanja: Jinqatel wara li ħebb għan-nies waqt rally ‘anti-Islamiku’ f’Mannheim

Il-pulizija fil-belt Ġermaniża ta’ Mannheim qatlu raġel armat b’sikkina wara li dan ħebb għall-persuni li kienu preżenti għal rally b’messaġġ anti-Iżlamiku organizzat mill-estremisti tal-lemin.

L-aggressur darab numru ta’ nies – fosthom Michael Stürzenberger, politiku ewlieni tal-lemin estrem – qabel hu spiċċa maqtul minn tiri tal-pulizija li bilkemm setgħu jikkontrollaw il-furja tar-raġel.

Il-mumenti drammatiċi nqabdu waqt livestream fuq Youtube u waqt l-avveniment politiku organizzat minn grupp anti-Ġiħadista bl-isem Moviment Ewropa taċ-Ċittadini.

L-aggressur, qabel inqatel, irnexxielu jagħti diversi daqqiet ta’ sikkina lil Stürzenberger – magħruf bħala kritiku kbir tal-Islam u li kien qed jieħu sehem fir-rally —  bil-filmati juru liż-żewġ irġiel qed jitqallbu mal-art fost il-paniku.

Ir-rapporti qalu li l-politiku, wara, iddaħħal l-isptar fejn kien operat b’urġenza u bil-Ministeru Ġermaniż għall-Intern, bħalissa, qed jinvestiga x’wassal għall-aggressjoni f’Mannheim.