“Inti għandek għażla. Issa l-għażla tiegħek saret il-Partit Nazzjonalsita sabiex issalva lill-pajjiżek. Għażel lill-Partit Nazzjonalista sabiex mill-ġdid tissaħħaħ id-demokrazija, sabiex mill-ġdid l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna ikunu ħielsa, sabiex l-għeziez tiegħek jinħelsu mill-mafia li ħakmet lill-pajjiżna fl-aħħar 11 -il sena. Ejjew flimkien nagħtu futur aħjar, nagħmlu Malta aħjar kemm fil-lokalità tiegħek, u kemm fil-Parlament Ewropew.”
Dan qalu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech fi djalogu li sar f’San Pawl il-Baħar lejlet l-elezzjoni bikrija.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista semma kif l-400 miljun ewro li nsterqu mid-deal tal-isptarijiet setgħu intużaw ħafna aħjar. “Kieku kellhom jitqassmu fil-lokalitajiet, kull lokalità setgħet tieħu daqs 6 miljun ewro f’fondi sabiex isiru proġetti infrastrutturali,” qal Bernard Grech.
“Qabel l-elezzjoni, il-Partit Laburista għamel diversi dikjarazzjonijiet li huma biss wegħdiet ta’ qabel l-elezzjoni. Issa għandna prova ċara ta’ dan għaliex fejn jidħol is-settur tas-saħħa, il-Partit Laburista ġabu għalkuptejħ, b’bosta mediċini jinsabu out of stock, bil-pażjenti spiċċaw imċaħħda affarijiet basiċi. Diversi pażjenti ma ħadux il-kura li tixraqilhom, u apparti dan, ħallew li ssir serqa ta’ 400 miljun minn flus il-poplu.”
Bernard Grech diversi sfidi li qegħdin fuq moħħ kulħadd, bħal l-ambjent, u insista li l-ambjent għandu verament ikun prijorità u mhux ‘afterthought’.
“Għalhekk, il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi u se jkun qed jimbotta biex l-ambjent ikun rikonoxxut bħala dritt fundamentali tal-bniedem kemm f’Malta kif ukoll fuq livell Ewropew. Kulħadd jixraqlu ambjent nadif, san u sostenibbli.”
Dwar it-traffiku, Bernard Grech fakkar kif filwaqt li Robert Abela huwa wisq mifxul bi problemi li ħoloq huwa stess biex isolvi l-problemi tiegħek, il-Partit Nazzjonalista għandu s-soluzzjonijiet għalik.
Fuq il-problema tat-traffiku il-PN fost l-oħrajn qed joffri dawn is-soluzzjonijiet, fosthom nimplimentaw sistema’ ta’ transport effiċjenti tal-massa, ninċentivaw l-użu ta’ trasport alternattiv. Iżjed minn hekk, tiġi imtejba l-infrastruttura għal min irid juża trasport alternattiv bħal roti, u oħrajn, naraw li xogħlijiet fit-toroq isiru b’mod ippjanat u kkordinat sabiex ma jikkawżawx konġestjonijiet u naraw li meta triq tinqala’ jsir ix-xogħol kollu meħtieġ biex ma jkollhiex bżonn terġa’ tinqala’ fi ftit żmien. “Ninċentivaw lil min jaċċetta li jċedi l-karozza tiegħu għal numru ta’ snin biex juża trasport alternattiv u se nindirizzaw hot spots għat-traffiku b’mod kreattiv, biex nevitaw li jinġema’ t-traffiku f’ċertu żoni.”
Bernard Grech semma wkoll il-proposti ġenerali tal-Kunsilli Lokali, fosthom il-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista jaraw li jsiru studji tal-‘carrying capacity’ tal-lokalità tagħhom biex jiżguraw investiment infrastrutturali meħtieġ għal-lokalità tagħhom għas-snin li ġejjin. “Il-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista jaraw li ssir pressjoni fuq il-gvern biex jiżguraw li ma jkunx hemm toroq magħluqa bla koordinazzjoni fil-lokalità jew fl-entratturi u ħruġ mill-istess lokalità. Dan filwaqt li l-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista jiggarantixxu li jagħmlu minn kollox biex jiżguraw l-indafa fil-lokalità tagħhom, speċjalment biex jindirizzaw il-problema tal-iskart. Jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jaraw li jinġabar l-iskart fil-lokalità tagħhom, inkluż li jsiru ġabriet addizzjonali avolja l-Gvern qed jipprova jwaqqafhom milli jagħmlu dan,” sostna Bernard Grech
Dwar il-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, Bernard Grech insista li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar b’maġġoranża Nazzjonalista se jiżgura li jsir tisħiħ tas-sigurtà fil-lokalità b’ħidma aktar koordinata bejn il-forzi responsabbli biex ir-residenti jħossuhom aktar sikuri f’darhom.
“Ser ninvestu fl-infrastruttura ġenerali, b’mod partikolari fejn jidħlu bankini, biex dawn ikunu ta’ livell għoli u aċċessibbli għal kulħadd. Naraw li l-inħawi differenti ta’ San Pawl jingħataw l-attenzjoni li tixirqilhom bit-twaqqif ta’ kumitati speċifiċi biex jiġu indirizzati ħtiġiet differenti. Jitwaqqfu tliet suboffices tal-Kunsill f’Burmarrad, fil-Qawra u fix-Xemxija,” qal Bernard Grech.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li l-kunsilliera f’San Pawl il-Baħar ser jindirizzaw l-isfidi marbuta mal-indafa billi jiġu riorganizzati l-kuntratti relatati ma’ dan ix-xogħol, biex verament jinkisbu r-riżultati mixtieqa għan-nefqa li qed issir. “Ninfurzaw aħjar b’aktar cameras tas-CCTV li jservu biex iħarsu kemm l-indafa kif ukoll is-sigurtà.”
Intant, Bernard Grech semma kif din il-ġimgħa smajna kif l-Inkjesta Maġisterjali u l-esperti forensiċi sabu ħajt ma wiċċhom tul l-investigazzjoni.
“Huwa evidenti mill-provi, u hija tal-mistħija, kif il-Gvern ta’ Robert Abela wettaq strateġija koordinata sabiex ma jikkoperax fl-investigazzjoni, bil-ħsieb ċar li mhux biss jikkawża dewmien, iżda agħar min hekk jiġi ostakolat il-proċess tal-ġustizzja,” qal Bernard Grech.
“Fl-inkjesta hemm imiktub, iswed fuq l-abjad, kif, u nikkwota:
“in this inquiry a lot of government institutions and /or government officials, banks and/ or their employees and state enterprises and/ or their employees tried to make it impossible to discover what actually happened in relation to the Hospital Concession.“
Jingħad ukoll,
“We struggled to obtain accurate information in this inquiry because of widespread obstruction and an absence of cooperation.“
Iġifieri, fi kliem Bernard Grech jidher ċar li dan ma kienx involut xi dipartiment wieħed, jew imjegat wieħed li forsi ma kienx jaf x’qed jagħmel. Din kienet sistema orkestrata, tant li ġie ippruvat ostakular, ħabi ta’ dokumenti, u nuqqas ta’ informazzjoni minn Identity Malta, Ir-Reġistru Pubbliku, il-BOV, l-Awtoritajiet tat-Taxxa, Projects Malta u Malta Enterprise.
Bernard Grech qal li dan it-tfixkil, u ħabi ma sarx meta Muscat kien Prim Ministru. Dan it-tfixkil sar mill-gvern ta’ Robert Abela, wara li sar Prim Ministru.
“U għalhekk, hawn indur fuq Robert Abela u insaqsih: Dwar l-Identity Malta, min ta l-istruzzjonijiet sabiex l-Identity Malta ma tikkoperax, tagħti nofs informazzjoni, jew saħansitra ma tagħti ebda informazzjoni dwar Shawkat Ali u l-familja tiegħi, fost l-oħrajn, jew taħbi l-informazzjoni?”
Bernard Grech staqsa lill-Kummissarju tal-Pulizja u il-Prim Ministru direttament, “X’sar mill-file ta’ Shawkat Ali li ma instabx? Ma ninsewx, dan huwa cittadin Malti, bil-vot, u jista jivvota fit-8 ta’ Ġunju! Kemm hemm files oħra, ta persuni oħra li possibilment għandhom vot, iżda li huma fatażmi għall-Identita Malta, għall-Kummissjoni Elettorali, bil-vot bħal Shawkat Ali.
“Tafu x’qed tgħid l-inkjesta u l-esperti?
That Identity Malta (JM) did not find any records, is of great concern, posing the obvious question of how many Passports and Identity Cards were issued without keeping any records. This may be deemed worthy of future investigation.
Ha nirrepeti bill-malti:
Kemm-il passaport, u Karta tal-identita’ inħarġu u ma nżammux rekords tagħhom?
“Insaqsi lill-Maġistrat x’investigazzjoni qed issir sabiex dan jinstab, kif qed tissuġġerixxi l-inkjesta magisterjali?” Bernard Grech insista li jekk mhux ser issir investigazjoni serja dwar din il-kwistjoni, il-Partit Nazzjonlista ser jara li din issir. “Ser naraw aħna ukoll li il-Kummissjoni Elettorali tindaga dwar ir-rakkomandazzjoni li li hemm fl-inkjsta,” sostna Bernard Grech.
//= $special ?>