Waqt l-attivitá politika tal-Partit Nazzjonalista f’San Pawl il-Baħar, il-kandidata għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Norma Camilleri qalet li l-Partit Nazzjonalista jagħti verament prijorità lill-poplu tant li assigura li jindirizza n-nuqqasijiet li hawn f’pajjiżna permezz ta’ proposti b’saħħithom la darba ikollna Membri Parlamentari Ewropew tal-Partit Nazzjonalista jirrapreżentawna fi Brussell.
Camilleri qalet li l-Partit Nazzjonalista għandu ħafna proposti li jindirizzaw lill-faxex kollha tas-soċjetà. Għalhekk il-poplu Malti għandu jivvota lill-kandidati kollha tal-PN kemm dawk tal-Kunsilli Lokali kif ukoll il-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew għaliex huma jistgħu jibgħatu messaġġ ċar lill-Gvern Ċentrali li f’pajjiżna għandna bżonn bidla fit-tmexxija.
//= $special ?>