Lokali

“Il-Partit Nazzjonalista ser jagħti s-saħħa lill-poplu” – Louise Ann Pulis

Waqt l-attivitá politika tal-Partit Nazzjonalista f’San Pawl il-Baħar, il-kandidata għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Louise Anne Pulis tkelmet dwar numru ta’ punti li qed iħallu impatt negattiv fuq pajjiżna kaġun tat-tmexxija tal-Gvern Laburista.

Fost l-isfidi li qed jaffaċja l-poplu Malti u Għawdxi, Pulis semmiet il-fatt li l-istituzzjonijiet m’għandhomx jibqgħu maħtufa, il-ġudikatura ma tibqax taħt attakk kontinwu, l-ambjent ma jibqax jingħata l-ġenb u l-poplu Malti u Għawdxi jingħata s-saħħa li verament jixraqlu.