L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) ressqet protest ġudizzjarju fil-Qorti wara li l-Gvern imbarka fuq pjan biex ikompli jipprivatizza s-servizzi tas-saħħa mingħajr ma għamel konsultazzjoni mat-tobba.
Il-MAM appellat lill-Gvern biex iwaqqaf dan il-proċess sakemm issir konsultazzjoni vera.
“Jidher li l-Gvern ma tgħallem xejn mill-frodi tal-Vitals”, qalet il-MAM fi stqarrija.
It-tobba fakkru fl-istrajk tal-2018 meta l-Gvern kien għadda l-isptarijiet lil Steward. Dakinhar, il-Gvern kien wiegħed li mhu se jmexxi b’ebda privatizzazzjoni qabel jitkellem mat-tobba u qabel ikollu l-approvazzjoni tal-MAM biex ċertu servizzi jiġu outsourced.
Il-MAM qed tgħid li l-Gvern mhux ikun trasparenti. Dan huwa kruċjali meta wieħed jiftakar fil-mod kif tmexxew l-affarijiet fid-deal frawdolenti tal-Vitals u Steward.
Il-MAM fakkret ukoll li t-tobba mhumiex kontra l-involviment tal-privat fis-servizzi tas-saħħa, inkluż biex tonqos il-waiting list tal-IVF. Iżda s-settur tas-saħħa jeħtieġ pjan ħolistiku serju, li jkun maqbul bejn kulħadd – speċjalment issa meta s-servizz tas-saħħa spiċċa fi kriżi minħabba l-€400 miljun li nsterqu minn dan id-deal li sar b’konfoffa bejn il-Gvern u l-barranin li suppost investew fl-isptarijiet tagħna.
//= $special ?>