L-attenzjoni għada se tkun fuq il-finali tal-UEFA Champions League, li se tintlagħab f’Wembley Stadium bejn Borussia Dortmund u Real Madrid.
ll-finali li se tkun il-ħmistax-il darba li ż-żewġ timijiet jiltaqgħu kontra xulxin fl-istorja taċ-Champions League. Borussia Dortmund kienu rebħu l-kompetizzjoni darba fl-edizzjoni 1996-97, filwaqt li Real Madrid rebħu xejn anqas minn 14-il edizzjoni, bl-aħħar darba tkun fl-2021-22.
Fl-erbatax-il konfront dirett bejn Borussia u Real Madrid, bilanċ għalkollox favorevoli għal Real Madrid b’sitt rebħiet kontra t-tliet rebħiet ta’ Borussia, filwaqt li ħames darbiet temmew fi draw.
L-ewwel konfronti bejniethom fl-istorja taċ-Champions League kienu s-semifinali tal-edizzjoni 1997-98 fejn mid-draw ta’ 0 – 0 f’Dortmund, Real Madrid għaddew għal finali bir-rebħa ta’ 2 – 0 f’Santiago Bernabeu, b’gowls ta’ Morientes u Karambeu.
L-aħħar partita bejniethom kienet fl-edizzjoni 2017-18 b’rebħa għal Real Madrid bl-iskor ta’ 3 – 2
Il-finali ta’ Wembley se tkun ikkontrollata minn Slavko Vincic, tas-Slovenja.
//= $special ?>