Lokali

“Pajjiżna jixraqlu istituzzonijiet li jaħdmu mingħajr ma jħarsu lejn wiċċ ħadd” – Louise Anne Pulis

Pajjiżna jixraqlu demokrazija b’saħħitha li taħdem, jixraqlu servizz tas-saħħa ta’ eċċellenza, ambjent san u żvilupp sosteninbli u ż-żgħażagħ jixirqilhom opportunitajiet xierqa f’pajjiżna stess.

Hekk saħqet il-kandidata għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista, Louise Anne Pulis, hekk kif spjegat li l-edukazzjoni f’pajjiżna tinsab f’qagħda kritika, l-istess bħalma l-ambjent spiċċa fi stat diżastruż.

Pulis spjegat li 20 sena ilu kien Gvern Nazzjonalista li aspira li pajjiżna jkollu livelli għoljin ta’ għixien, però dan il-proċess twaqqaf taħt gvern Labursita. Fil-preżent, il-Gvern ta’ Robert Abela qed jabdika mid-deċiżjonijiet diffiċli, u qed ikaxkar saqajh u mhux qed iġorr ir-responsabiltajiet.

B’riżultat ta’ dan, illum għandna nies barranin li qed jiġu sfrutati biex jaħdmu, liema ħaddiema lanqas jafu jikkomunikaw bl-Ingliz, u b’hekk dan qed isarraf għal tbatija kemm għal Maltin kif ukoll għall-ħaddiema stess.

Barra minn hekk, Louise Anne Pulis qalet li l-ġudikatura tinsab taħt assedju.