Lokali

Raġel isofri minn xi ġrieħi wara li weġġa’ f’għalqa fir-Rabat

Raġel qed isofri minn xi ġrieħi wara li weġġa’ waqt li kien qed jaħdem f’għalqa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:45 am fiz-zona magħrufa bħala il-Ħofra ta’ Ritz, ir-Rabat, Malta.

Kelliem għall-Pulizija qal li ir-raġel ta’ 59 sena residenti r-Rabat kien qed jiġbor xi zkuk fl-għalqa meta għal xi raġuni ntilef minn sensih u kellu bżonn l-għajnuna medika.

Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lill-vittma. Iktar tard hu ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa iżda ma jidhirx li jinsab fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għaddejjin.