Sport

Sasha Gatt f’kompetizzjoni internazzjonali fi Franza

L-għawwiema Sasha Gatt ħadet sehem fl-edizzjoni 2024 tal-kompetizzjoni internazzjonali ‘Mare Nostrum Swim Tour’ .

L-ewwel fażi tal-kompetizzjoni saret f’Canet en Roussillon, fi Franza, fejn Gatt ikkompetiet fil-Finali A tal-1500 metru freestyle. Hija għamlet id-distanza f’16-il minuta 51 .22 sekondi fejn kisbet 754 FINA Points.

It-tieni fażi tal-kompetizzjoni saret f’Barcelona fejn fit-800 metru freestyle Sasha Gatt temmet fl-ewwel post tal-Finali B fi 8 minuti 58.27 sekondi biex kisbet 726 FINA Points.

Hija ħadet sehem ukoll fl-400 metru freestyle fejn temmet f’4 minuti 23.95 sekondi fejn kisbet 709 FINA Points.

Il-kompetizzjoni kienet ideali għal Sasha Gatt li għaddejja bl-aħħar fażi ta’ preparazzjoni tagħha bil-għan li tikkwalifika għall-Olimpijadi ta’ Parigi, għal din il-kompetizzjoni kienet flimkien mal-kowc Stan Ioan Catalin.