Jgħid li r-risposta se jwassalha fl-elezzjoni ta’ Novembru
Fi proċess kriminali storiku fi New York, Donald Trump instab ħati fuq l-34 akkuża kollha – li ffalsifika r-rekords tan-negozju tiegħu.
Hija l-ewwel darba li Eks President jew President Amerikan instab ħati ta’ reat. Huwa skedat li jiġi kkundannat fil-11 ta’ Lulju, bil-possibbiltà ta’ xi żmien il-ħabs, għalkemm esperti legali jemmnu li multa hija aktar probabbli.
Trump sejjaħ il-verdett bħala “disgrace” filwaqt li kkritika lill-Imħallef li ppresieda l-każ. Il-verdett wasal hekk kif hu qed jikkampanja biex jegħleb lil Joe Biden fl-elezzjoni ta’ Novembru u jirritorna fil-White House.
Il-Qorti semgħet 22 xhud fuq sitt ġimgħat, inkluż Stormy Daniels, l-attriċi tal-films pornografiċi, li l-allegat rapporti sesswali tagħha ma’ Trump kienu ċentrali għall-każ. Trump kien akkużat li ħeba ħlas li għamel l-eks avukat tiegħu biex jixtri s-silenzju ta’ Daniels ftit qabel l-elezzjoni tal-2016.
It-12-il ġurat iddeliberaw għal jumejn qabel waslu għal verdett unanimu.
//= $special ?>