Fl-aħħar jiem rajna episodju ta’ żewġ Ministri jippużaw għal iffirmar ta’ Memorandum of Understanding b’rabta mal-ħarsien tal-Fosos tal-Floriana. Iffirmar iżda bi ksur tal-Liġi tal-Kunsilli Lokali. Iffirmar li sar mingħajr l-approvazzjoni tal-membri tal-Kunsill Lokali tal-Floriana.
Dan il-ftehim kien iffirmat bejn id-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni, l-Awtorità tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali tal-Floriana.
Il-Memorandum of Undrestating li kien ippreżentat fl-aħħar ġimgħat bħala abbozz, bħala tweġiba għal kważi tmien snin ta’ insistenza mill-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista fil-lokal, wara Mozzjoni b’rabta mal-ħarsien tal-pjazez fil-lokal, b’mod partikolari l-Fosos, li kienet ippreżentata mill-Minority Leader James Aaron Ellul bl-appoġġ ukoll fl-aħħar snin ta’ Justine Palmier.
Il-ftehim iffirmat ma kien ftehim xejn għax il-Kunsillieri Lokali tal-Partit Nazzjonalista talbu numru ta’ emendi u kjarifiki ta’ dak li kien hemm fl-MoU. Dan iżda baqa’ ma sarx, b’detriment għall-ħarsien tal-Fosos u l-lokalità Furjaniża.
Hu evidenti li għall-Gvern, il-Kunsilli Lokali huma biss ‘rubber stamp’, fejn kontinwament qed jaqbeż lill-Kunsilli Lokali, iwarrab kull diskussjoni li seta’ kien hemm u jwarrab ukoll dak li jkun ġie propost mir-residenti u mill-Kunsillieri tal-lokalitajiet. Il-Gvern qed jagħmel fattih u jgħaddi romblu minn fuq kulħadd.
Fuq in-naħa l-oħra, hemm Partit Nazzjonalista li welled il-Kunsilli Lokali u għandu proposti li jsaħħu l-awtorità tal-Kunsilli Lokali biex tittejjeb il-ħidma tagħhom bħala ċ-ċentru tal-komunità, fosthom tliet punti li se jkunu l-qofol tal-ħidma tal-Partit Nazzjonalista f’kull lokalità, fid-dawl ukoll li kull lokalità għandha programm elettorali speċifiku li jħares l-interessi u l-ħtiġijiet individwali tagħha.
Bl-atteġġjament ta’ arroganza mill-Gvern, kulma jmur qed joħroġ biċ-ċar kemm hu kruċjali biex f’kull lokalità f’Malta u f’Għawdex, il-poplu jagħti l-ewwel preferenza lill-Kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>