Donald Trump qies l-Imħallef Juan Merchan bħala persuna korrotta.
Dan wara li fi proċess kriminali storiku fi New York, Trump instab ħati fuq l-34 akkuża miġjuba kontrih, fosthom li ffalsifika r-rekords tan-negozju tiegħu.
Din hi l-ewwel darba li eks President jew President Amerikan instab ħati ta’ reat. Huwa skedat li jiġi kkundannat fil-11 ta’ Lulju, bil-possibbiltà ta’ xi żmien il-ħabs, għalkemm esperti legali jemmnu li multa hi probabbiltà ikbar.
F’kummenti mal-midja wara dan il-verdett, Trump qal li l-verdett veru se jkun qed iseħħ fil-5 ta’ Novembru min-nies li se jivvutaw fl-elezzjoni.
Kummenti simili saru fl-aħħar jiem mill-Prim Ministru Robert Abela hekk kif kontinwament qed jikkritika lill-ġudikatura li qed tagħmel xogħlha. Dan apparti li saħansitra sejjaħ lin-nies biex verament jagħtu risposta lill-ġudikatura li ħadmet u għadha taħdem b’rabta mad-deal ta’ Vitals fl-elezzjonijiet li ġejjin tat-8 ta’ Ġunju.
//= $special ?>