Żagħżugħ Taljan ta’ 25 sena ittieħed l-isptar Mater Dei wara li seħħet ħabta bejn karozza tal-linja u Land Rover.
L-inċident seħħ għal ħabta tas-siegħa ta’ wara nofsinhar, fi Triq l-Indipendenza, meta għal xi raġuni seħħet ħabta u fiha weġġa’ passiġier li kien f’tal-linja.
Mill-ewwel indikazzjonijiet, jidher li tal-linja kienet ġejja mid-direzzjoni tal-Blata l-Bajda lejn l-Imsida meta baqgħet ħierġa l-vettura l-oħra mit-triq li fiha hemm l-Awtorità Identità.
Is-sewwieq tal-Karozza tal-linja, raġel ta’ 41 sena minn Nepal li joqgħod il-Pietà ħa break qawwi biex ma jolqotx il-karozza – però kien tard wisq.
Bl-impatt wieħed mill-passigieri ħa skoss qawwi u waqa’.
Il-Kundizzjoni taż-żagħżugħ għadha mhux magħrufa, waqt li xuffier ta’ Land Rover u l-passiġieri l-oħra kollha ma sofrew ebda ġrieħi
//= $special ?>