Il-kumpanija li tmexxi il-ġurnal Times of Malta, l-Allied Newspapers, ġiet ordnata tagħti kumpens ta’ €171,000 lill-eks ġurnalist Ivan Camilleri wara li l-kumpanija ġiet ikkundannata li keċċiet lil Camilleri b’mod inġust.
Allied Newspapers keċċiet lil Camilleri b’rabta ma’ allegazzjoni li seraq oġġetti minn supermarket u li ta informazzjoni lil Yorgen Fenech – akkużi li Camilleri dejjem ċaħad.
Ivan Camilleri kien fetaħ il-kawża wara li tkeċċa fl-2019. F’din il-kawża, it-Tribunal Industrijali kkonkluda li Allied Newspapers ma mxietx mal-proċeduri dixxiplinarji u lanqas mal-ftehim kollettiv, filwaqt li ċaħdu lil Camilleri milli jiddefendi lilu nnifsu.
Minkejja dan, it-Tribunal Industrijali poġġa’ fuq Camilleri 25% tar-responsabbilità minħabba li aġixxa b’diżrispett lejn il-kollegi tiegħu.
//= $special ?>