Il-Prim Ministru Robert Abela ilu jaf milll-2021, li l-kuntratti ta’ Vitals u Steward huma frawdolenti u għaldaqstant il-Kummissarju Angelo Gafà baqa’ ma ħa l-ebda passi abbażi dan l-għarfien.
Dan kompla joħroġ fil-programm Opinjoni fejn ġiet diskussa l-klima politika f’pajjiżna fid-dawl tal-iżviluppi b’rabta mal-Inkjesta Vitals.
Preżenti għal din id-diskussjoni kienu x-Shadow Minister tas-Saħħa Adrian Delia flimkien mal-President Onorarju ta’ Repubblika Robert Aquilina.
Fejn ġie diskuss id-dmir tal-Kummissarju tal-Pulizija illi jinvestiga l-persuni li ħadu sehem fl-iskandlu ta’ Vitals u Steward….dmir li ġie totalment injorat minn Gafà anke fid-dawl tal-fatt li l-Prim Ministru ilu jaf li dan id-deal huwa frawdolenti minn Settembru tal-2021.
B’Robert Aquilina jispjega illi diġa’ hemm konferma li dan id-deal huwa wieħed frawdolenti bis-saħħa tal-kawża ta’ Adrian Delia sabiex jiġi ddikjarat null id-deal tal-Isptarijiet….u minkejja dan Gafà xorta jagħżel li jinjora dan kollu.
Kien spjegat ukoll kif Joseph Muscat u Robert Abela qed jipprovaw ibellgħu storja lill-poplu Malti u Għawdxi li ma tagħmilx sens – fejn saħanistra qed jipprovaw jgħidu illi seħħet serqa bla ma kien hemm ħalliel.
B’Robert Aquilina jispjega l-kumbinazzjonijiet li seħħew f’din is-saga tal-Vitals.
Ix-Shadow Minister Adrian Delia spjega ukoll kif il-kollużjoni bejn Vitals u Steward u l-ogħla esponenti tal-Gvern ma ġratx darba – dan fid-dawl tal-fatt illi 6 xhur qabel ma inħarġet applikazzjoni għat-tender tat-3 sptarijiet, kien hemm Memorandum of Understanding iffirmat bejn il-partijiet sabiex ikun żgurat illi t-tender jingħata lill-Vitals. Dan filwaqt li t-tender ingħata lill-kumpanija illi kienet ilha biss xahar rreġistrata bla ebda esperjenza fis-settur tas-saħħa u mingħajr abbiltà finanzjarja.
Intant, huma ddiskutew il-fatt li l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg u l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà ma kienux preżenti fil-Qorti – huwa rifless ta’ nuqqas ta’ dmir li għandhom lejn il-kostituzzjoni ta’ pajjiżna.
B’Adrian Delia jispjega illi minkejja r-rapporti li l-kuntratt huwa frawdolenti, il-Gvern tal-Labour baqa’ jħallas il-miljuni lil Steward….bl-għarfien li ma sar l-ebda tibdil u żvilupp fl-isptarijiet.
//= $special ?>