Il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jorganizza Mass Rally nhar il-Ħadd 2 ta’ Ġunju fejn il-Knisja l-Qadima f’Birkirkara fl-10:30am.
Din l-attività se tiġi ndirizzata mill-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew David Agius, mill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, kif ukoll mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.
Għal din ir-rally se jattendu wkoll diversi kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, kif ukoll diversi deputati tad-distrett.
Ir-rally se jsir bħala parti mill-attivitajiet li qed isiru bi preparazzjoni għall-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju.
Għada se ssir ukoll attività politika fi Triq Ramon Perellos f’Għajnsielem fit-18:30pm.
//= $special ?>