Lokali

Għal Robert Abela l-iskema Stabbiltà biżżejjed

Il-Labour qed idawwar il-vot f’wieħed ta’ fiduċja għal Abela għax jaf li l-kandidati dgħajfa

Taħt it-tinda fil-Marsa, Robert Abela ddeskriva d-domandi ta’ Net News bħala redikoli meta fix-xhur li għaddew saqsejnih għal liema raġuni f’din l-iskema inkludew biss 15-il tip differenti ta’ ikel – b’lista ma tinkludix ħaxix u frott – għajr spinaċi, piżelli u brokkli ffriżati – mingħajr ebda ħalib, ħobż u bajd inkluż.

Minkejja dawn ir-realtajiet, il-Prim Ministru qed jghid li l-iskema Stabbiltà hi biżejjed.

Waqt l-attività politika tal-Labour li saret fil-Marsa, tkellem fost oħrajn il-Ministru Ian Borg illi faħħar lill-4 Membri Parlamentari Ewropej Laburisti li servew matul din l-aħħar leġiżlatura.

Alex Agius Saliba fl-aħħar xhur ħadha kontra l-importaturi Maltin u Għawdxin b’ċanfira mill-Ewropa u oħra mill-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji.

Cyrus Engerer – li mhux se jikkontesta, ħareġ għonqu biex jimbotta l-abort.

Josianne Cutajar – oħra li mhux se tkun qed tikkontesta, dan wara li allegatament ħalliem l-Emissions Trading Scheme tiġi implimentata mingħajr ma insistiet li tpoġġi l-interessi tal-pajjiż –għad-detriment tal-Port Ħieles u żieda drastika fil-prezzijiet….responsabbiltà li kienet taqa’ b’mod esklussiv għall-MEP Josianne Cutajar.

Intant, konxju li l-kandidati tiegħu għall-Parlament Ewropew huma dgħajfa….. issa l-Labour qed jipprova jdawwar il-vot tat-8 ta’ Ġunju f’vot ta’ fiduċja f’Abela.

Bħal ma qaltlilna…id-Deputat Alicia Bugeja Said.