Il-Ministru tal-Arti u l-Kultura Owen Bonnici ħa ritratt mar-raġel tant magħruf għall-akkużi serji fil-konfront tiegħu – Lilu King, bil-Ministru jistqarr li ma kienx jaf min hu fil-ħin tar-ritratt.
Fuq il-midja soċjali tiegħu l-Ministru stqarr illi huwa kien aċċetta li jieħu ritratt ma’ Mohamed Ali Ahmed Elmushraty ta’ 32 sena, wara li Elmushraty waqaf jistqasi lill-istess ministru biex jieħu ritratt miegħu. Bil-Ministru jaċċetta kif, skont kliemu jagħmel ma’ kulħadd bla ebda idea li dan kien Lilu King.
Dan sakemm Lilu King stess ammetta ma’ Owen Bonnici illi kellu numru ta’ każijiet pendenti.

Lilu King tefa’ video mal-Ministru Owen Bonnici fuq Instagram il-Ġimgħa filgħaxija, b’ritratt ta’ dan il-video jixxerred malajr fuq il-mezzi soċjali.

Mohamed Ali Ahmed Elmushraty ta’ 32 sena qiegħed barra b’libertà kundizzjonata wara li wieġeb mhux ħati għall-akkużi serji ta’ ħasil ta’ flus u involviment f’organizzazzjoni marbuta ma ‘ traffikar tad-droga.
//= $special ?>