Il-kandidat għall-MEP’s tal-Partit Nazzjonalista Lee Bugeja Bartolo beda d-diskors tiegħu billi qal kemm jinsab onorat li qiegħed jindirzza lill-Għawdxin għall-ewwel darba.
Bugeja Bartolo tkellem kif jinsab imħasseb fuq kif qiegħed jitmexxa pajjiżna, u għamel paragun għal tmexxija Nazzjonalista, li bnew l-isptarijiet, u mhux serquhom, u kompla jżid li gvern Nazzjonalista dejjem introduċa setturi ġodda ekonomiċi u mhux poġġihom fil-periklu.
Hu kompla jgħid kif bis-saħħa tal-kandidati kollha tal-PN fl-Unjoni Ewropea, Malta kapaċi tilħaq pożizzjoni għolja fl-Ewropa.
Bugeja Bartolo kkonkluda d-diskors tiegħu billi stqarr kemm jixtieq politika li tipproteġi l-identità Maltija, u li tagħti aċċess liż-żgħażagħ biex ikomplu jikbru, u jiġbdu l-investituri barranin b’esperjenża u ta’ ċertu integrità.
//= $special ?>