Minn kmieni dalgħodu, partijiet tal-Imġarr u l-Bidnija spiċċaw bla dawl. Dan wara qtugħ li kien hemm fil-provvista tad-dawl.
Familji ċemplu lill-Enemalta biex jistaqsu dwar dan il-qtugħ, iżda qalulhom biss biex “jistennew”.
Diversi nies ikkuntatjawna u qalulna li din il-problema tad-dawl jidher li se tippersisti anke fil-bidu tas-sajf. Dan minkejja li l-Gvern wiegħed ħafna affarijiet sbieħ grazzi għall-cables ġodda li għaddew f’kull rokna ta’ Malta.
Skont is-sit tal-Enemalta, dan il-qtugħ fil-provvista tad-dawl ma kienx pjanat.
//= $special ?>