Micallef daħal fl-awla tal-Qorti ma’ Muscat bħala ‘family member’ tiegħu
Waqt intervista fil-programm Vi jew Va flimkien mal-President Onorarju ta’ Repubblika Robert Aquilina…jason Micallef spicca ħadha bl-aktar mod isteriku kontra kulħadd; kontra l-NGO Repubblika, kontra l-Qorti, kontra l-ġurnalisti kontra u l-gazzetti.
Mistoqsi mill-preżentatur u ġurnalist Albert Gauci Cunningham dwar l-organizzazzjoni tal-miġemgħa nies li ġew imsejħa t-Tlieta filgħodu biex jagħtu s-sostenn tagħhom lil Muscat biss – Micallef stqarr li ma organizzaw xejn – b’Aquilina jisħaq li ma ġewx in-nies daqs kemm kien mixtieq, għax Muscat m’għadx għadu s-saħħa li kellu qabel.
Robert Aquilina żvela kif Jason Micallef irnexxielu jidħol fl-awla flimkien ma’ Muscat għax ġie imniżżel bħala qarib tiegħu – fatt li Micallef ma ċaħadx.
Fil-programm,Jason Micallef attakka lill-ġurnalisti u l-gazzetti u nfexx jattakka wkoll lill-Inkjesta Vitals u l-Maġistrat Gabriella Vella meta fil-verità l-iżbalji allegati fil-Qorti – li jafu jxekklu l-andament tal-ġustizzja…ġew imwettqa mill-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg.
Attakk b’mod insistenti fuq il-Qorti u l-Maġistrat Rachel Montebello….u attakka kontinwament b’mod isteriku fuq Repubblika u fuq l-istess Robert Aquilina.
Intant Jason Micallef insista illi jemmen li Joseph Muscat huwa innoċenti, iżda mistoqsi dwar Keith Schembri u Konrad Mizzi…ma riedx jitkellem.
Robert Aquilina insista li dan id-deal tal-isptarijiet kien frawdolenti hekk kif diġà ddikjarawh żewġ sentenzi tal-Qorti.
Intant, ġie kkonfermat li l-esperti maħtura għall-inkjesta Egrant, huma l-istess esperti tal-inkjesta Vitals. Għaldaqstant, tenna Robert Aquilina, jekk għal-Labour kienu tajbin fl-ewwel inkjesta, m’għandhomx għalfejn ikunu hżiena f’din l-aħħar inkjesta.
//= $special ?>