Il-ġurnata tas-Sibt kienet il-ġurnata dedikata għall-votazzjoni bikrija. Dan hekk kif beda l-process li permezz tieghu il-poplu Malti u Għawdxi se jkun qed jeleġġi is-sitt MEPs f’isem pajjiżna…u l-Kunsilli kollha madwar Malta u Għawdex.
Ġimgħa qabel jum l-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju, sar dan il-process tal-early voting għal dawk kollha li rreġistraw sabiex jivvutaw qabel – b’dawk illi mhux se jkunu f’pajjiżna jew li se jkunu l-Isptar ikollhom iċ-ċans jivvutaw fil-ġurnata tas-Sibt kemm fl-Ex-Trade Fair Grounds in-Naxxar u anke fl-Experimental Farm fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija.
Apparti minn hekk, matul il-ġurnata tas-Sibt se jkunu qed jivvutaw ukoll l-anzjani kollha li huma residenti f’dar tal-anzjani kemm f’Malta u anke Għawdex.
Net News sebaħ kmieni filgħodu quddiem il-Counting Hall fin-Naxxar, sabiex jirrapporta l-ftuħ ta’ dan il-process tal-early voting.
Bosta persuni kienu preżenti barra l-bieb taċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti sa minn qabel is-7am… jistennew il-bibien jinfetħu sabiex isemmgħu leħinhom fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.
Il-votazzjoni issa se tkompli t-Tlieta 4 ta’ Ġunju fejn se jkunu qed jivvutaw l-AEC’s u c-Chairpersons tal-postijiet tal-votazzjoni u l-Ħamis 6 ta’ Ġunju fl-Isptarijiet.
Intant, dawk kollha li sa issa għadhom ma ġabrux il-vot tagħhom, jistgħu jagħmlu dan sal-Ħadd mill-Kunsilli Lokali u l-Għassa tal-Pulizija, filwaqt li wara dakinhar wieħed jista’ jiġbor il-vot tiegħu mill-Kummissjoni Elettorali minn nhar it-Tlieta sa nhar il-Ħamis li ġej.
Il-kampanja tagħlaq il-Ħamis f’nofs il-lejl.
Dakinhar, il-PN se jorganizza Rally kbir fil-Pjazza tas-Siġġiewi.
//= $special ?>