Elezzjonijiet 2024 Lokali

L-email li jikkonferma kif Abela ħarab mid-dibattitu ma’ Bernard Grech

Il-Prim Ministru Robert Abela baqa’ sal-aħħar jaħrab minn dibattitu dirett mal-Kap tal-PN Bernard Grech. Dan wara li fl-aħħar ġimgħat saret stedina minn RTK103 biex iż-żewġ mexxejja jiddibattu qabel il-vot importanti tal-ġimgħa d-dieħla.

Dalgħodu, il-Professur Andrew Azzopardi wera l-email li intbgħat kemm lil Bernard Grech u anke lil Abela.

Il-Prim Ministru baqa’ jevita milli jipparteċipa f’dibattitu ta’ dan it-tip.

Robert Abela ilu sentejn sħaħ ma jaffaċja lil Bernard Grech.