Hekk kif ninsabu biss ġimgħa bogħod mill-elezzjonijiet Ewropej u tal-Kunsilli Lokali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, żar mill-ġdid il-gżira Għawdxija sabiex jisma’ d-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw ta’ kuljum ir-residenti u s-sidien tan-negozji.
Waqt din iż-żjara fix-Xlendi kif ukoll fin-Nadur ħafna Għawdxin semmew kif f’Għawdex qed jinħass in-nuqqas ta’ investiment – f’ekonomija li tiddependi ħafna mis-settur turistiku.
Bernard Grech minn naha tieghu tkellem fuq l-importanza li ghandhom l-Għawdxin fil-politika tal-Partit Nazzjonalista. U jekk ikunu afdati fil-kunsilli Lokali, ir-rappreżentanti tal-PN se jkunu prezenti kontinwament sabiex jindirizzaw il-problemi veri tal-lokalitajiet.
Jakkumpanjaw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista għal din iż-żjara kien hemm ix-shadow Minister għal Għawdex Alex Borg, flimkien mal-kandidati u kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista, u s-segretarju ġenerali tal-PN Michael Piccinino kif ukoll il-Kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew David Agius u Norma Camilleri.
//= $special ?>