Mill-ewwel ġurnata ndunajna li hemm xi ħaġa ħażina fid-deal li kien laħaq il-Gvern ma’ Vitals.
Sostna dan il-President tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija waqt intervista fuq il-programm ta’ Andrew Azzopardi fuq l-istazzjon RTK103 hekk kif Martin Balzan insista li dan l-iskandlu tal-isptarijiet ipoġġi lil kull min involut b’xi mod jew ieħor responsabbli għal dan li seħħ.
Balzan qabel dak li qed jiġri bħalissa mal-investigazzjoni ta’ Mani Pulite – każ li lura fid-disghinijiet ħasad id-dinja politika Taljana.
Huwa insista li riżultat ta’ dan l-iskandlu bla ebda preċedent, fejn fih inbelgħu mijiet ta’ miljuni ta’ ewro minn but il-poplu, inbnew ftit li xejn binjiet li jixprunaw l-avvanz mediku f’pajjiżna – għajr iċ-ċentru mediku ġdid ta’ Raħal Ġdid minn fondi Ewropej.
It-tobba kellhom ukoll diversi riservi fuq Steward Healthcare hekk kif saħaq li saħansitra rċieva numru ta’ twissijiet minn naħa ta’ union Amerikana.
Il-President tal-MAM sostna li l-Gvern ta’ Muscat u Vitals kellhom saħansitra l-wiċċ li jpoġġu iswed fuq l-abjad l-intenzjonijiet ħżiena li kellhom hekk kif iffirmaw pre-tender deal ….fatt li l-Awditur Ġenerali qis bħala sinjal ċar u evidenza ta’ kollużjoni.
//= $special ?>