Għaddejin ġmielhom l-aħħar preparamenti għall-Maratona Ġbir ta’ Fondi ta’ nhar il-Ħadd fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista f’tal-Pietà.
Il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jerġa’ jdur lejn in-nies sabiex jiġbor fondi importanti ħafna, sitt ijiem biss qabel l-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali.
Din il-maratona hija waħda importanti ħafna għaliex permezz tagħha l-Partit Nazzjonalista jista’ jkompli jwassal il-viżjoni tiegħu għall-kull lokalità filwaqt li joffri l-bidla li tant għandu bżonn pajjiżna.
Intant, din il-maratona hija waħda li se tkompli tenfasizza l-importanza li wieħed jeżerċità d-dritt tal-vot.
//= $special ?>