Lokali

Ebda apoloġija wara li ħalla lil Għawdex mingħajr sptar ġdid

“Marija Santa”

Kienet din l-unika dikjarazzjoni li għamel Robert Abela meta ppressat minn dan l-istazzjon biex jagħmel apoloġija mal-Għawxin wara li ħallihom mingħajr sptar ġdid – sptar f’Għawdex li suppost kellu jsir minn Vitals, u li ma sarx. Sptar li kellu jsir minn Steward Healthcare, u li wkoll baqa’ ma sarx.

F’Ta’ Sannat, is-Sibt filgħaxija, il-Prim Ministru uża fondi tal-Gvern biex ġie organizzat avveniment b’ħafna pompi wara li sar il-pavimentar tal-pjazza – xogħol li kien ilu xhur sħaħ ikarkar.

Fil-fatt, Abela uża din l-attività tal-Gvern minflok sejjaħ lin-nies taħt it-tinda.

Ma’ Net News, il-Prim Ministru ried jitkellem biss dwar dan il-pavimentar. Dwar l-isptar ġdid illi ma sarx, baqa’ ma weġibx.

Intant, Abela ħarab minn domanda diretta dwar il-miljuni li Vitals u Steward kellhom jinvestu għall-kura tal-kanċer – kważi €7 miljun li minflok għall-kanċer, marru fil-bwiet tal-barranin.

€6.6 miljun huma l-flus minn but il-poplu li suppost marru għall-kancer… u li l-esperti fl-Inkjesta Vitals sostnew li ntilfu fl-abbissi tal-kumpanija Mtrace mingħajr il-Maltin u l-Għawdxin ma gawdew xejn minnhom.