Għajjat isteriku. Karba għall-vot, u karba sabiex ituh l-appoġġ.
Dan kien dak li ddeffinixxa d-diskors tal-Mexxej Laburista, Robert Abela, f’attività politika fiż-Żejtun hu u jokrob sabiex in-nies tiegħu… li din il-ġimgħa kienu qed jagħtu l-appoġġ sħiħ tagħhom lill-Eks Mexxej tal-Labour Joseph Muscat, jingħaqdu warajh bil-ponn.
Konxju li l-kandidati tiegħu għall-Parlament Ewropew huma dgħajfa, huwa qed ikompli bl-appelli tiegħu sabiex in-nies jagħtu l-fiduċja lilu fit-8 ta’ Ġunju. Dan għaliex il-Partit Laburista huwa għatxan għas-siġġu tat-tmexxija.
Intant, fid-diskors tiegħu Abela tkellem fuq kemm il-Gvern tiegħu għamel xogħol f’dan il-pajjiż, hekk kif surrealment semma’ dak li skontu huwa żvilupp tal-ogħla livell fis-saħħa. Dan minkejja li din il-ġimgħa pajjiżna ra Eks Prim Ministru Laburista flimkien ma’ numru ta’ eks uffiċjali għolja fil-Gvern, jiġu mħarrka fil-Qorti b’rabta mad-deal frawdolenti tal-isptarijiet Maltin. Deal ma’ kumpaniji li baqa’ jħallas il-Gvern tiegħu.
F’din l-attività tkellem ukoll il-Ministru tal-Ġustizzja, Jonathan Attard, fejn mhux biss ironikament sellem lid-Deputat Laburista Chris Fearne, l-istess Fearne li ma tfaċċa ħadd sabiex jappoġġjah, inkluż Attard stess, quddiem il-Qorti l-Erbgħa li għadda, imma ftaħar li l-Gvern tal-Labour huwa l-unika għajnuna tal-ħaddiema Maltin. Dan meta tikkunsidra li f’attività sħiħa ħadd mil-Labour ma lissen kelma waħda dwar il-ftehim settorali li għadu qed jiġi diskuss mill-għalliema.
//= $special ?>