Il-Ħadd filgħodu f’attività politika f’Birkirkara, Roberta Metsola sostniet l-għaqda li hemm bejn il-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista, li verament iridu jaħdmu flimkien għall-ġid tal-poplu.
Metsola fakkret kif hi kienet ħadmet sew ma’ David Casa u ma’ David Agius sabiex Malta tissieħeb mal-Unjoni Ewropea.
Hi rringrazzajt lil dawk kollha preżenti f’Birkirkara tal-lealtà li għandhom lejn il-partit, għax huma qed jagħtuhom id-determinazzjoni biex ikomplu jaħdmu.
Metsola sostniet li baqa’ inqas minn ġimgħa tal-kampanji kemm tal-elezzjoni tal-MEPs kif ukoll tal-Kunsilli, u b’hekk hemm bżonn naħdmu kull siegħa sabiex immexxu l-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista – messaġġ ta’ tama.
Hi sostniet li r-rieda tal-Maltin u Għawdxin hi waħda b’saħħita mmens u bla limitu. It-tama ttihom l-enerġija u l-motivazzjoni biex ikomplu jaħdmu.
Metsola stqarret li flimkien nistgħu nagħmlu pajjiżna isbaħ u aħjar, filwaqt li nsibu soluzzjoni għal kull sfida li naffaċjaw, kbira kemm tkun kbira l-isfida.
Hi tenniet id-diskors tagħha billi sostni li fl-elezzjoni tat-8 ta’ Ġunju, il-poplu se jkollu l-opportunità jagħżel lil min irid jirrappreżentah fil-Parlament Ewropew, kif ukoll fil-Kunsilli Lokali. B’hekk saħqet li hu importanti li ma nħallu l-ħadd jiddeċiedi għalina, dan billi noħorġu nivvotaw.
//= $special ?>