Internazzjonali

Il-Messiku: Vot għall-ewwel President mara fl-istorja

Il-poplu Messikan qed jivvota f’elezzjoni li għandha tikkonferma  l-ewwel President mara fl-istorja ta’ dan il-pajjiż.

Il-favorita f’din l-elezzjoni hi  Claudia Sheinbaum, li qed tingħata sfida denja mir-rivali Xóchitl Gálvez…Żewġ kandidati nisa li huma fuq quddiemnett f’din it-taqtigħa tant li Jorge Álvarez Máynez, l-uniku raġel li qed jikkuntesta għall-Presidenza, bilkemm qed ikun ikkalkulat bħala sfidant.

Il-votanti anki qed jeleġġu lill-membri kollha tal-Kungress Messikan flimkien mal-Gvernaturi fi tmien Stati tal-Messiku. F’dan il-perjodu anki għandu jkun elett il-Kap tal-gvern lokali li jamministra lill-Belt tal-Messiku.

Il-kampanja, intant, kienet karatterizzata bil-vjolenza – tant li ‘il fuq minn 20 kandidat lokali spiċċaw maqtula fid-diversi bnadi tal-Messiku.