Lokali

L-istazzjon nazzjonali spiċċa l-istazzjon ta’ Kastilja – Peppi Azzopardi

Kieku ma kienx Net Tv kieku n-nies ma kinux ikunu infurmati b’dak li kien qed jiġri barra l-Qorti meta tressqu l-Qorti Joseph Muscat u Eks Ministri oħra tal-Partit Laburista. L-istazzjon nazzjonali spiċċa l-istazzjon ta’ Kastilja.

Hekk stqarr il-ġurnalist veteran Peppi Azzopardi hekk kif spjega li din mhux xi ħaġa li tiġri f’pajjiż normali. Azzopardi semma l-eżempju ta’ dak li qed jiġri fl-Istati Uniti hekk kif Donald Trump, l-Eks President qed jiġi mixli b’xejn inqas minn 34 akkuża fil-Qorti, u l-ġurnalisti qegħdin jiġġieldu biex iġibu l-informazzjoni l-ewwel b’rabta ma’ dak kollu li qed jiġri fil-Qorti u anka barra l-Qorti. B’kuntrast kbir għal dak li ġara f’Malta meta tressqu l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat, l-Eks Ministru Konrad Mizzi u l-id il-leminija ta’ Muscat, Kieth Schembri, fejn l-unika stazzjoni li kien qed juri dak li qed jiġri barra l-Qorti kien Net TV.

Waqt il-programm Net Live tal-Ħamis, Peppi Azzopardi sostna li l-kliem ta’ tgħajjir fil-konfornt tal-partitarji li nġabru quddiem il-Qorti t-Tlieta ma għandux ikun. Spjega kif meta l-ġurnalisti tkellmu mal-ġemgħa, dawn irrepetew dak li jgħid Robert Abela. Dan, kompla jgħid huwa kollu r-riżultat ta’ pajjiż li mhux qed jiġi infurmat sew għax l-istazzjoni nazzjonali mhux qed jagħmel dmiru li jinforma n-nies.

Peppi Azzopardi spjega wkoll li Partit Laburisa nqeda bil-partitarji Laburisti hekk kif niżlu lin-nies fit-toroq biex juru l-appoġġ tagħhom, waqt li ħadd mill-kabinet ta’ Robert Abela ma niżel juri l-appoġġ tiegħu lil Muscat minkejja li dawn iddefendewh u minkejja li l-kandidati għall-elezzjoniiet tal-Parlament Ewropew stidnuh għall-attivitajiet tagħhom biex jigwadanjaw il-voti.

Peppi Azzopardi sostna li Joseph Muscat jista’ jkun li għadu preżunt innoċenti, però mhux politikament innoċenti hekk kif il-Qorti qalet li kien hemm ħadma li Muscat kien jaf biha minn qabel ma ffirma d-deal frawdolenti ma’ Vitals.

Dwar Edward Scicluna, Peppi Azzopardi qal li dan għandu jirriżenja minn Gvernatur tal-Bank Ċentrali.