Lokali

Tibda l-Maratona Ġbir ta’ Fondi tal-Partit Nazzjonalista

Ritratt: Matthew Tabone

Ftit tal-minuti ilu fuq Net Television, bdiet il-Maratona Ġbir ta’ Fondi tal-Partit Nazzjonalista fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà, bil-għan li jinġabru fondi sabiex il-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jkompli jmexxi l-kelma tiegħu qalb il-Maltin u l-Għawdxin, poplu li tant huwa għatxan għall-bidla.

Illum, Il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jerġa’ jdur lejn in-nies sabiex jiġbor fondi importanti ħafna, sitt ijiem biss qabel l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali.

Din il-maratona hija waħda importanti ħafna għaliex permezz tagħha l-Partit Nazzjonalista jista’ jkompli jwassal il-viżjoni tiegħu għal kull lokalità u anke għall-pajjiżna mal-mejda tal-Unjoni Ewropea.

Intant, din il-maratona hija waħda li se tkompli tenfasizza l-importanza li wieħed jeżerċità d-dritt tal-vot.

L-inizjattiva ġbir ta’ fondi se tkun qed tixxandar ukoll fuq ir-radju permezz ta’ xandira speċjali fuq NetFM, b’dawk kollha li jixtiequ jkunu parti minn din il-maratona jkunu mħeġġin jingħaqdu mal-Partit Nazzjonalista fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, f’Tal-Pietà.

Kull min jixtieq jagħti s-sehem tiegħu sabiex il-Partit Nazzjonalista jibqa’ jissaħħaħ jista’ jagħti d-donazzjonijiet tiegħu permezz ta’ SMS jew billi jċemplu fuq in-numri:

€10 – 5160 2003 €25 – 5180 2011 €50 – 5190 2050

SMS €6.99 – 5061 8928 BOV MOBILE – 7710 5905