€303,670.
Din hija s-somma finali miġbura matul il-Maratona Ġbir ta’ Fondi tal-Partit Nazzjonalista, sabiex il-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jkompli jmexxi l-politika ta’ impenn, tama u għaqda għall-elezzjonijiet importanti tat-8 ta’ Ġunju.
F’intervista li saret lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, irriżulta ċar l-impenn tal-Partit Nazzjonalista sabiex jimbotta politika aktar matura u proattiva fid-dawl tad-diffikultajiet li qed jesperjenza pajjiżna, fosthom l-għoli tal-ħajja.
Bernard Grech fisser li s-slogan magħżul għal din l-elezzjoni – ‘Għalik’ – huwa wieħed li verament jiddefinixxi l-ħidma tal-Partit Nazzjonalista, permezz ta’ politika li ssir man-nies u għan-nies.
Intant huwa spjega li permezz tad-djalogi u l-ħidma kontwinwa tal-Partit Nazzjonalista fejn jiltaqa’ u jisma’ minn nies, il-Partit Nazzjonalista jista’ jħoss il-weġgħat u l-bżonnijiet li għandhom bżonn il-Maltin u l-Għawdxin fuq livell personali. Djalogu li huwa rifless fil-programmi elettorali li ppubblika l-Partit Nazzjonalista għal kull lokalità.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista spjega wkoll li l-Partit Nazzjonalista ma jara differenzi bejn ħadd, għaliex jaħdem għal kulħadd, kemm jekk tinteressak il-politika jew le, jekk għandekx diżabbiltà jew le, kemm jekk ma taqbilx mal-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista huwa l-partit li dejjem se jkun qed jaħdem għal kulħadd u mhux biex jirbaħ il-punti politiċi. Huwa tenna li l-Partit Nazzjonalista jemmen f’kull individwu, u appella li se jibqa’ jaħdem sabiex kull ċittadin jieħu dak li verament ħaqqu.
Huwa għalhekk li kullħadd għandu joħroġ jivvota lill-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u anke għall-Kunsilli Lokali, dan għaliex vot favur il-Partit Nazzjonalista huwa vot favur pajjiżna.
//= $special ?>