Ilbieraħ, għall-ħabta tal-22:00, il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet serqa minn ħanut fi Pjazza Memè Scicluna, il-Gżira.
Il-Pulizija marret fil-post fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li żewġt irġiel mgħammda u wieħed allegatament armat b’sikkina, daħlu fil-ħanut u talbu l-flus lill-kaxxier, raġel min-Nepal ta’ 33 sena.
L-irġiel ħarbu mil-post wara li serqu ammont ta’ flus kontanti.
Ħadd ma weġġa’, waqt li l-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħallelin.
Il-Maġistrat Ian Farruġia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>