Futbol Sport

Chelsea jaħtru lil Enzo Maresca bħala kowċ

(Ritratt: EPA)

Fl-aħħar sigħat it-tim tal-Premier League, Chelsea ħabbar b’mod uffiċjali lill-kowċ Enzo Maresca li se jkun qed jieħu post il-kowċ Mauricio Pochettino li x-xahar li għadda ħalla lit-tim wara biss staġun wieħed.

Maresca li għandu 44 sena, fl-istaġun li għadda kien qed imexxi lil Leicester City fiċ-Championship fejn irnexxielu jwassal lit-tim fil-Premier League. F’kummenti mal-midja tal-klabb, Maresca qal li għalih hija ħolma li se jkun qed imexxi klabb bħal Chelsea.

‘Hu se jkun qed jibda fl-irwol tiegħu bħala kowċ fl-1 ta’ Lulju u se jkun is-sitt kowċ ta’ Chelsea fl-aħħar ħames snin u r-raba’ wieħed taħt it-tmexxija tal-investitur Amerikan Todd Boehly.